Friday, August 28, 2026
Home Sport Julian Alvarez qed jikkunsidra li jingħaqad ma’ Arsenal

Julian Alvarez qed jikkunsidra li jingħaqad ma’ Arsenal

0
48

Julian Alvarez qed jerġa’ jikkunsidra l-possibbiltà li jingħaqad ma’ Arsenal u issa qed jara lill-club Ingliż bħala l-unika għażla realistika tiegħu qabel jagħlaq is-suq tat-trasferimenti.

Arsenal, immexxija minn Mikel Arteta, iridu jsaħħu l-attakk tagħhom u jaraw lill-Arġentin ta’ Atletico Madrid bħala mira ewlenija. 

Alvarez kien ilu jittama li jingħaqad ma’ Barcelona, iżda Atletico jidher li mhux lesi jħalluh jitlaq. Is-sitwazzjoni marret għall-agħar wara li l-partitarji ta’ Atletico saffru u bbuwjawh waqt il-logħba kontra Villarreal, li spiċċat 2-2.

Wara li daħal bħala sostitut, Alvarez telaq direttament lejn id-dressing room wara t-tisfira finali. 

Barra minn hekk, il-familja tiegħu ma attendietx għal-logħba u Alvarez ma ħax sehem fit-taħriġ tal-ewwel team nhar l-Erbgħa.

Rapporti jgħidu li issa qed jiffoka fuq Arsenal għall-ewwel darba.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here