Friday, August 28, 2026
Home Sport Possibbiltá li Trent Alexander-Arnold jista’ jirritorna ma’ Liverpool?

Possibbiltá li Trent Alexander-Arnold jista’ jirritorna ma’ Liverpool?

0
60

Trent Alexander-Arnold jista’ jirritorna ma’ Liverpool b’self għal sena wara bidu diffiċli ma’ Real Madrid taħt il-manager Jose Mourinho.

Minkejja li ngħaqad ma’ Real Madrid is-sajf li għadda, Mourinho beda l-ewwel żewġ logħbiet ta’ La Liga b’Denzel Dumfries bħala difensur lemini.

Alexander-Arnold lagħab biss għaxar minuti fl-ewwel partita kontra Espanyol, filwaqt li fit-tieni logħba kontra Real Sociedad baqa’ fuq il-bank. 

Il-prestazzjoni tiegħu f’Madrid s’issa ma kinitx kif mistenni, b’seba’ assists u l-ebda goal f’36 dehra. 

Minkejja li għandu kuntratt sa Ġunju 2031, xi partitarji fuq il-midja soċjali qed jitolbuh jirritorna Liverpool. 

Huma jemmnu li l-player ta’ 27 sena jista’ jerġa’ jkun importanti għall-club li trabba miegħu u li self għal staġun jista’ jkun soluz­zjoni tajba.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here