Jurgen Degabriele ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Hibernians, u b’hekk impenja l-futur tiegħu mal-Pawlisti.
Prodott ta’ Hibernians FC, Jurgen huwa meqjus bala magna ta’ goals għall-Pawlisti, b’xamma kbira għall-goal u letali quddiem il-lasta.
Huwa qatta’ l-parti kbira tal-istaġun li għadda barra mill-azzjoni minħabba injury serja, fejn għamel l-operazzjoni tal-ACL, u kien biss fl-aħħar parti tal-istaġun li reġa’ lura fl-azzjoni.
Fi stqarrija, Hibernians FC, awguraw kull suċċess lil Jurgen għall-futur, fosthom aktar mumenti indimentikabbli flimkien.




