Sunday, May 19, 2024

Jurgen Klinsmann jinħatar coach tal-Korea t’Isfel

Aqra wkoll

Jurgen Klinsmann, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja bħala player, fl-1990, u mexxa lill-Ġermanja sas-semi-finali bħala coach, inħatar coach nazzjonali tal-Korea t’Isfel.

Klinsmann, li għandu 58 sena, mistenni jasal f’Seoul il-ġimgħa d-dieħla fejn se jiffirma kuntratt sas-sajf 2026.

Huwa se jkun res­ponsabbli għal logħba ta’ ħbiberija kontra l-Kolombja, fl-24 ta’ Marzu.

Huwa se jkun is-suċċessur ta’ Paulo Bento li wassal lill-Koreani sal-Aħħar 16 tat-Tazza tad-Dinja li ntlagħbet fil-Qatar, f’Novembru li għadda. 

Sport