Monday, May 6, 2024

Paris SG jikkunsidraw li jbiegħu lil Kylian Mbappe

Aqra wkoll

Il-club Franċiż ta’ Paris St-Germain qed jikkunsidra li jbiegħ lill-attakkant internazzjonali Franċiż, Kylian Mbappe (ritratt).  

L-eks player ta’ Monaco ta’ 24 sena ngħata ultimatum ta’ ħames xhur biex jiffirma kuntratt ġdid inkella fis-sajf li ġej huma jkunu kostretti li jbiegħu. 

Fis-sajf li għadda huwa ċaħad lil Real Mad­rid meta dawn għamlu dak kollu fil-poter tagħhom biex jakkwistaw il-firma tiegħu. Iżda huwa ffirma estensjoni mal-Pariġini sa Ġunju 2024. 

Parti mill-ftehim kienu ukoll li huwa jġedded sa Ġunju 2025. Madankollu t-taħdidiet neċessarji waqfu ħesrem u jidher li Mbappe qed jikkunsidra l-għażliet tiegħu.

Bħalissa dan l-attakkant għaddej minn forma tajba hekk kif qed jifforma koppja formidabbli ma’ Lionel Messi. Peró, ir-relazzjoni tiegħu ma’ Neymar mhijiex daqstant tajba u mhux l-ewwel darba li kienu involuti f’argumenti. 

Fil-veritá, il-ġerarkija tal-club qed tagħ­mel minn kollox biex tipperswadi lil Mbappe jiffirma kuntratt ġdid iżda jekk dan ma jsirx ma jkollhiex għażla oħra li tpoġġieh fuq il-lista tat-trasfferimenti fis-sajf li ġej għal żewġ raġunijiet. 

L-ewwel raġuni hija biex jirċievi somma tajba tat-trasferiment tiegħu u t-tieni biex ma jilħaqx ikun aġent ħieles u jkun jista’ jinnegozja l-kuntratt tiegħu stess. 

Sport