Tuesday, April 30, 2024

Juventus iridu jiffirmaw lil Malo Gusto mingħand Lyon

Aqra wkoll

Juventus jinsabu nteressati li jiffirmaw lid-difensur lemini ta’ Olympique Lyon, Malo Gusto, hekk kif jibbrilla fil-prestazzjonijiet tiegħu.

Il-Bianconeri jridu jsaħħu ż-żewġ faxex laterali u Gusto huwa kandidat denju biex jaqdi dan l-irwol. Huwa ilu segwit mill-Bianconeri mis-sajf li għadda u għaldaqstant iridu jiftħu negozjati mal-club Franċiż minħabba l-biżgħa li xi club ieħor jidħol għalih qabel is-sajf li ġej.

Manchester United ukoll kien ħabbru li qed isegwu lil dan il-player ta’ 19-il sena fejn kienu lesti li jħallsu €30 miljun.

Min-naħa tagħhom, Lyon jistgħu jaċċettaw din iċ-ċifra hekk kif Gusto għadu kif ġie promoss fl-ewwel skwadra.

Sport