Friday, April 19, 2024

“Nemmnu li xorta qed tiċċelebra mill-Ġenna tara ’l familtek tkompli tgħin lil Puttinu”

Puttinu Cares

Aqra wkoll

“Ramiro & Friends” irnexxielhom jiġbru €805 għal Puttinu Cares permezz ta’ mixja li organizzaw sabiex ifakkru l-memorja ta’ Ramiro. Li kieku għadu ħaj, Ramiro llum kien ikun qed jiċċelebra għeluq sninu. Però, nemmnu li xorta qed tiċċelebra mill-Ġenna tara l-familja tiegħek tkompli x-xewqa tiegħek li tgħin lil Puttinu,” sostnew Puttinu Cares.

“Ramiro & Friends” – Ritratt: Puttinu Cares

Seba’ snin ilu Ramiro beda l-fondazzjoni “Ramiro and Friends”. Permezz ta’ din l-għaqda, huwa kien jorganizza ħafna attivitajiet b’risq ta’ fondi sabiex jgħin għaqdiet oħra. Fosthom hemm il-mixja annwali b’risq Puttinu Cares. Din kienet l-ewwel attività li fetħet l-isem “Ramiro and Friends”.

Għalkemm Ramiro m’għadux magħna, sħabu xtaqu jkomplu fuq il-passi tiegħu. Kien għalhekk li organizzaw din il-mixja, biex ifakkru l-memorja tiegħu. Huma żammew mal-istess rotta li kien pjana Ramiro għall-ewwel mixja — minn Buġibba sa Tas-Sliema. L-unika differenza kienet li din id-darba bdew minn fejn il-monument ta’ Dr.Victor Calvagna.

Sport