Wednesday, April 24, 2024

Juventus jistgħu jiġu mmultati €50 miljun

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, jinsab imħasseb dwar l-€20 miljun dovuti lilu minn Juventus hekk kif l-avukati tiegħu jistgħu jiftħu kawża kontra l-club. 

Dan kollu ħareġ minn skandlu li kien jinvolvi lill-istess Juventus, li fil-jiem li għaddew tnaqqsulhom 15-il punt minħabba irregolaritajiet fil-kotba finanzjarji tagħhom. 

Juventus qablu li jittardjaw il-ħlasijiet ta’ wħud mill-players tagħhom qabel u wara l-pandemija, kif ukoll li jgħollu b’mod falz it-tariffi ta’ xi wħud mill-players tagħhom sabiex itejbu s-saħħa finanzjarja tagħhom.

Madankollu, il-Bianconeri spiċċaw f’inkwiet legali. Minbarra t-tnaqqis tal-punti tagħhom, teżisti possibbiltá kbira li jiġu mmultati €50 miljun. 

Il-players involuti jistgħu wkoll jingħataw sospensjoni meta ffirmaw dawk il-kuntratti illegali.

Ronaldo ma jinsabx f’din il-pożizzjoni minħabba li  ma ffirma l-ebda dokument, iżda ismijiet ta’ profil għoli bħal Adrien Rabiot, Wojciech Szczesny, Leonardo Bonucci, Juan Cuadrado, Arthur Melo, Weston McKennie, Federico Bernardeschi u Paulo Dybala huma kollha f’riskju li jiġu sospiżi xahar mill-kull attivitá tal-UEFA.

Sport