Juventus qed jaħsbu li jġibu lura għat-tielet darba lill-attakkant veteran Spanjol Alvaro Morata. Dan tal-aħħar kien mal-Bianconeri bejn l-2014 u l-2016 kif ukoll bejn l-2020 u l-2022 u jidher li jista’ jagħmel it-tielet dehra tiegħu fl-istaġun li ġej.
Fil-fatt, Juventus huma lesti li jneħħu lill-attakkanti tagħhom Arkadiusz Milik u Moise Kean li ma jidhrux parti mill-pjanijiet tal-kowċ Massimiliano Allegri.
Bosta partitarji ta’ Juventus ikkritikaw din il-mossa hekk kif qalu li kien ikun aħjar li kieku ġabu attakkant żagħżugħ milli jmorru għall-plejer ta’ Atletico Madrid li jiswa €20 miljun.