Saturday, December 21, 2024

“Kampanja mmirata biex tippreveni l-abbuż domestiku, l-aktar forma t’abbuż komuni f’pajjiżna”

Illum tibda l-kampanja ta’ 16-il-jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Samantha Pace Gasan, Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika

“Is-16 il-Jum t’Attiviżmu kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru jibdew mill-Jum Internazzjonali Għall-Eradikazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa u t-Tfajliet sal-Jum Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Lokalment il-Kampanja Nazzjonali tadotta approċċ intersezzjonali u hija mmirata biex tipprevjeni l-abbuż domestiku – l-aktar forma t’abbuż komuni f’pajjiżna.”

Sostniet dan il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika Samantha Pace Gasan f’kumment li tat lil dan il-ġurnal wara li ftit tal-jiem ilu tnediet il-kampanja ta’ 16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika.

F’dawn is-16-il jum ta’ attiviżmu se tingħata spinta l-kampanja ta’ għarfien kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika fuq livell internazzjonali.

Din il-kampanja tibda proprju mil-lum 25 ta’ Novembru, il-Jum Internazzjonali kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa, u tibqa’ għaddejja sal-10 ta’ Diċembru, il-jum li jfakkar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-programm tal-kampanja jinkludi fost oħrajn roadshows bi produzzjonijiet teatrali li ser isiru f’ħames lokalitajiet dwar diversi forom ta’ vjolenza domestika li jistgħu jesperjenzaw faxex differenti tas-soċjetà u kif dawn is-sitwazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati.

Il-pubbliku huwa mistieden jattendi bla ħlas għal dawn ir-roadshows illi jibdew fis-7.00 p.m., li ser isiru kif ġej:
Fir-Rabat, fis-27 ta’ Novembru, f’Palazzo Xara: Każin tal-Banda – L’Isle Adam.
F’San Pawl il-Baħar, fid-29 ta’ Novembru, fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar.
Fil-Gżira, fl-4 ta’ Diċembru, fis-Sala Parrokkjali.
Fil-Fgura, fis-7 ta’ Diċembru, fis-Sala tal-Kunsill Lokali.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport