Wednesday, July 24, 2024

Kampjonat Dinji tal-Għawm: Iċ-Ċiniż Pan jikser ir-rekord tal-100m

Aqra wkoll

Is-sensazzjoni żagħżugħ Ċiniż, Pan Zhanle, kiser ir-rekord tad-dinja tal-100 metru freestyle fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm li qed isiru f’Doha, il-Qatar, meta b’għawma meraviljuża fil-4x100m għen lil pajjiżu jir­baħ it-titlu.

L-għawwiem ta’ 19-il sena, kiseb ħin ta’ 46.80 sekondi biex issupera l-marka ta’ 46.86 sekondi tar-Rumen, David Popovici, meta l-ewwel ġurnata fil-Pixxina Aspire Dome, intemmet bil-kbir. Huwa sar ukoll l-ewwel għawwiem Asjatiku li kiser il-barriera ta’ 47 sekondi meta l-ewwel leg biss tgħodd għar-rekord tad-dinja. Il-ħin taċ-Ċiniżi kien ta’ 3:11.08 minuti.

Il-midalja tal-fidda marret għand l-Italja fi 3:12.08 minuti u dik tal-bronż għand l-Istati Uniti fi 3:12.29 minuti.

Fl-4×100 metru freestyle relay tan-nisa t-titlu mar għand l-Olanda fi 3:36.61 minuti, il-midalja tal-fidda ħaduha l-Awstralja fi 3:36.93 u dik tal-bronż il-Kanada fi 3:37.95.

Kim Woo-min tal-Korea t’Isfel rebaħ id-deheb fl-400 metru freestyle tal-irġiel meta daħal fil-ħin ta’ 3:42.71 minuti segwit bil-fidda mill- Awstraljan Elijah Winnington fi 3:42.86 u l-bronż għand il-Ġermaniż Lukas Martins fi 3:42.96.

Fil-kategorija tan-nisa fl-istess 400 metru freestyle d-deheb ħaditha Erika Fairweather ta’ New Zealand fi 3:59.44 minuti waqt li Li Bingji taċ-Ċina ħadet il-fidda f’4:01.62 u Isabel Marie Gose tal-Ġermanja l-bronż f’4:02.39.

Il-midalja tad-deheb fil-100 metru breastroke tal-irġiel marret għand l-Amerikan Nic Fink f’58.57 sekondi waqt li t-Taljan, Nicola Martinenghi, ħa l-fidda f’58.84 u l-Britanniku Adam Peaty kellu jikkuntenta bil-bronż b’59.10. 

Il-Ġermaniża Angelina Koh­ler rebħet il-butterfly tan-nisa f’56.28 sekondi waqt li l-Amerikana Claire Curzon ħadet il-fidda f’56.61 u l-Isvediża Louise Hansson rebħet il-bronż f’56.94.

Fil-50 metru butterfly kien il-Portugiż Diogo Ribeiro li rebaħ id-deheb fi 22.97 sekondi waqt li l-Amerikan Michael Andrew ħa l-fidda fi 23.07 u l-Awstraljan Came­ron McEvoy il-bronż fi 23.06.

Kate Douglass tal-Istati Uniti rebħet il-200 metru Medley Individwali u l-midalja tad-deheb f’2:07.05 mi­nuti. Il-fidda rebħitha l-Kanadiża Sydney Pickrem f’2:08.56 u l-bronż ċ-Ċiniża, Yu Yiting, fi f’2:09.01.

Ekonomija

Sport