Monday, May 20, 2024

UCL: Man City u Real Madrid jirbħu barra minn darhom

Aqra wkoll

Meta beda jintlagħab l-ewwel leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions Lea­­gue, Manchester City u Real Madrid rebħu barra minn darhom biex issa huma favoriti li jikkwalifikaw għall-kwarti-finali.

FC Copenhagen……. 1

Manchester City…… 3

Manchester City marru d-Danimarka u għelbu lil FC Copenhagen bl-iskor 3-1 f’partita li ddominaw.

Wara biss ħames minuti, Manchester City setgħu fetħu l-iskor meta Nathan Ake żmarka għal kollox lil Kevin De Bruyne iżda minn qagħda ideali falla l-mira.

Peró, fl-10 minuta, il- midfielder Belġjan xeħet lis-City fil-vantaġġ meta rċieva mingħand Phil Foden u minn pożiz­zjoni djagonali fajjar xutt fil-baxx biex għeleb lill-goalkeeper Kamil Grabara.

Wara dan il-goal, is-Citizens komplew jiddominaw  u, fid-29 minuta, resqu ferm viċin li jirdoppja meta mill-cross ta’ Jeremy Doku, it-tentattiv ta’ Erling Haaland għadda jħakkek mal-wieqfa b’rovexxjata ak­robatika.

Madankollu ħames mi­nu­ti wara, kontra x- xej­ra tal-logħob, id-Daniżi kisbu d-draw mid-debuttant Magnus Mattsson li venven kanunata minn 20 metru bogħod.

Peró, fil-ħin miżjud tal- ewwel taqsima, is-City reġ­għu marru fil-vantaġġ minn first-timer ta’ Bernardo Silva. 

Imbagħad, fil-ħin miżjud Phil Foden issiġilla r-rebħa wara li baqgħu jiddominaw.

RB Leipzig………. 0

Real Madrid…….. 1

F’partita mill-aktar eċ­ċitant, Real Madrid għelbu lil Leipzig bl-iskor ta’ 1-0.

Kienu dawn tal-aħħar li ħarġu fuq l-offensiva bl-aktar play­er li mpressjona kien Benjamin Sesko li fl-ew­wel kwarta resaq viċin tliet darbiet … inkluż il-goal imħassar għal pożizzjoni ta’ off-side.

Eventwalment, il-Mad­rileni rebħu l-inizjattiva iżda rari mpenjaw serjament lill-goalkeeper, Peter Gulacsi.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Sesko reġa’ kien il-protagonista meta d-daqqa ta’ ras tiegħu ġie salvata minn fuq il-linja minn Kroos.

Iżda, fit-48 minuta, kien Brahim Diaz li fetaħ l-iskor għal Real Madrid b’xutt imdawwar.

Fit-62 minuta, il-Ġermaniżi kellhom ċans taj­jeb li jiksbu d-draw iżda mill-viċin, Dani Olmo falla l-mira.

Ir-risposta ta’ Real Mad­rid kienet b’Vinicius Jr jolqot il-lasta.

Sport