Friday, December 27, 2024

Kampjonat Ewropew tas-Snooker: Brian Cini eliminat fis-semi-finali

Aqra wkoll

Waqt tal-aħħar jum tal-Kampjonat Ewropew Indiviwali tal-Irġiel tas-Snooker li qed isir f’Sarajevo, l-Bosnja-Ħerżegovina, Brian Cini safa’ eliminat. B’hekk l-avventura tiegħu waqt il dan il-kampjonat tintemm f’din il-fażi, pero’ xorta ser jibqa kampjonat memorabbli għal Cini li qatt ma kien wasal sa semi-finali ta’ kompetizzjoni ewlenija internazzjonali.

L-avversarju tal-Malti f’din is-semi-finali kien l-Ingliż ta’ 41 sena, Craig Steadman li għandu esperjenza vasta fil-qasam internazzjonali tant li kien diga’ player professjonali għal 10 snin, fl-istaġuni 2009/10 u bejn 2012 to 2020. L-aħjar ranking   fost il-players professjonali kien laħqu fis-snin 2015 u 2016 meta wasal sas-66 post fil-lista tal-aqwa players professjonali tas-snooker fid-dinja.

F’din is-semi-finali, li ntlagħbet fuq l-aħjar minn seba’ frames, Steadman mill-ewwel fetaħ fuq l-offensiv u fetaħ vantaġġ ta’ żewġ frames. Cini naqqas il-vantaġġ fit-tielet frame iżda l-Ingliż rebaħ iż-żewġ frames ta’ wara biex għalaq il-konfront għal skor finali ta’ 4-1 bil-punteġġi tal-frames ikunu; 1-71, 21-54, 63-13, 0-88 u 46-71.

Fis-semi-finali l-oħra Robbie McGuigan tal-Irlanda ta’ Fuq  rebaħ lill-Awstrijak, Florian Nüßle. B’hekk il-finali ta’ din is-sena tal-Kampjonat Ewropew Indiviwali tal-Irġiel tas-Snooker ser tkun ikkontestata minn żewġ players tar-Renju Unit, Craig Steadman u Robbie McGuigan.

Ekonomija

Sport