Snooker: Tliet plejers Maltin mal-aħħar 32 tas-Six Reds

Aqra wkoll

Matul l-għaxar jum tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker li qed isir f’Sofia, il-Bulgarija, ssoktat l-kompetizzjoni individwali tas-Six Reds fejn wara li ntemm il-logħob kollu tal-gruppi saru magħrufa l-plejers li kkwalifikaw għal fażi tan-knockout.

B’kollox kien hemm 76 plejer minn 24 pajjiż differenti li ġew irreġistrati għal din il-parti ta’ dan il-Kampjonat Ewropew. Il-plejers Maltin kienu Aaron Busuttil, Chris Peplow, Alex Borg, Joseph Casha u ibnu ta’ 15 -il sena Caiden Casha (ritratt) li kien fost l-iżgħar parteċipanti f’din kompetizzjoni.

Il-Maltin li kkwalifikaw u issa jinsabu fil-lista mal-aħħar 32 huma Aaron Busuttil, Chris Peplow u Alex Borg li fil-logħba li jmisshom kollha jrid jilgħabu fl-ewwel sessjoni ta’ logħob tas-Sibt. F’dan il-jum barra l-fażi tal-aħħar 32, aktar tard iridu jsiru l-fażi tal-aħħar 16 u anke l-kwarti tal-finali. 

Fil-fażi li jmiss Peplow li rebaħ Grupp H irid jilgħab kontra l-Ġermaniż, Christian Richter filwaqt li Busuttil u Borg li spiċċaw it-tieni fi Gruppi C u U rispettivament ser jiltagħqu kontra l-Franċiż, Niel Vincent u l-Ingliż, Halim Hussain.

Fl-eventwalita’ li Busuttil u Borg jirbħu t-tnejn f’din il-fażi, fir-rawnd tal-aħħar 16 iridu jaffrontaw lil xulxin. 

Din il-kompetizzjonijiet individwali tas-Six Reds tintemm il-Ħadd biż-żewġ semi-finali u l-finali. Għal plejers Maltin f’din l-edizzjoni tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tal-EBSA ikun fadal is-Shoot Out.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport