Wednesday, July 24, 2024

Kampjonat Ewropew tas-Snooker: Brian Cini jikkwalifika għal ma l-aħħar erbgħa

Aqra wkoll

Fil-ħames ġurnata tal-Kampjonat Ewropew Indiviwali tal-Irġiel tas-Snooker li qed isir f’Sarajevo, l-Bosnja-Ħerżegovina saru r-round tal-aħħar 16 u kwarti finali fejn l-uniku rappreżentant Malti li baqa’, Brian Cini rebaħ iż-żewġ logħbiet biex issa jinsab fost l-aħħar erba’ u ser ikun wieħed mill-erba’ semi-finalisti.

Fil-round tal-aħħar sittax huwa iltaqgħa ma’ Artemijs Žižins tal-Latvja fejn ħareġ rebbieħ 4-2 u fil-kwarti finali rebaħ kontra l-Ingliż, Paul Deaville bl-istess skor. Din kienet l-ewwel darba li Brian Cini wasal mal-aħħar erba’ f’kompettizjoni ewlenija internazzjonali. Preċedentament huwa wasal tlett darbiet sal-kwarti finali iżda dejjem tilef. Darba f’dan il-kampjonat stess , darba’ oħra f’Kampjonat Ewropew ta’ taħt il-21-sena, kif ukoll waqt il-Kampjonat tad-Dinja.

B’hekk, f’din l-edizzjoni, l-avventura tal-player Malti issa ġiet estiża sal-aħħar ġurnata. L-avversarju tiegħu fis-semi-finali ser jkun l-Ingliż, Craig Steadman. Is-semi-finali l-oħra ser tkun ikkontesta bejn l-Awstrijak, Florian Nüßle u Robbie McGuigan tal-Irlanda ta’ Fuq. Dawn jibdew fl-10 a.m. u jintlagħabu fuq l-aħjar minn seba’ frames.

Iż-żewġ rebbieħa tas-semi-finali jilgħabu l-finali aktar tard is-Sibt stess u din tibda l-4 p.m. Ir-rebbieħ barra li jkun iddikjarat bħala c-Champion Ewropew tal-Amateurs jirbaħ post fis-Snooker World Tour u jingħqad ma’ players professjonali fiż-żewġ staġuni li jmiss.

Ekonomija

Sport