Friday, April 26, 2024

Kampjonat Ewropew tas-Snooker f’Malta: L-Iskoċċiż Liam Graham iċ-champion il-ġdid ta’ Taħt il-21 sena

Aqra wkoll

Liam Graham  ġie inkurunat ċ-champion Ewropew il-ġdid fil-kateġorija ta’ Taħt il-21 sena b’rebħa li probabbilment tiftaħlu t-triq għal karriera professjonali u suċċessi oħra f’dan l-isport. Ir-rebħ ta’ dan l-unur ifisser ukoll li isem dan iż-żgħażugħ Skoċċiż ta’ 18 -il sena issa jkun nominat mill-European Billiards and Snooker Association biex jirċievi World Snooker Tour Card għall-istaġuni 2023/24 u 2024/25. Din tkun l-ewwel darba li Graham jipparteċipa bħala player professjonali u b’hekk jidħol f’lista ta’ 128 player li fi staġun jieħdu sehem fi 28 tournament madwar id-dinja.

Liam Graham fil-finali għeleb lil Iulian Boiko tal-Ukrajna li min-naħa tiegħu f’Jannar tal-2020 kien rebaħ World Tour Card għal sentejn. Boiko illum għandu 17-il sena u peró dak in-nhar li rebaħ it-Tour Card kellu biss 14-il sena u sar l-iżgħar player professjonali f’dan l-isport. F‘din il-finali. sar-raba’ frame Graham deher li kien superjuri iżda Boiko irrisponda bi break ta’ 101 u seta’ reġa’ daħal fil-logħba iżda l-Iskoċċiż approffita  minn boċċi li Boiko falla u għalaq għal kollox din il-finali b’zewġ kolpi ta’ talent kbir għal punteġġ finali ta’ 5 bi 2.

Aktar kmieni fil-ġurnata Graham u Boiko rebħu s-semi-finali kontra l-Ingliż Ryan Davies u Robbie McGuigan tal-Irlanda ta’ Fuq rispettivament.

Wara l-finali l-president tal-European Billiards and Snooker Association, Maxime Cassis u l-President tal-Malta Billiards and Snooker Association, Ivan Brincat għamlu l-preżentazzjonijiet lir-rebbieħa. F’din il-kategorija l-aħjar break tal-kompetizzjoni ġie miksub mill-player Ingliż Ryan Davies, bi break ta’ 139 punt.

Il-Ħadd bdiet ukoll l-aħħar parti tal-kampjonat fejn fil-kateġorija tal-irġiel fejn il-Malta Billiards & Snooker Association ippreżentat 16-il player biex ikunu fost il-177 parteċipant ta’ din l-edizzjoni. Min dawn Frans Mintoff biss ma kienx immissu jilgħab. Wieħed jista’ jiddeskrivi dan l-ewwel jum tal-kompetizzjoni bħala sodisfaċenti għall-players Maltin fejn minn 16 il-logħba rebħu disgħa. Il-players li rebħu l-konfront tagħhom kienu Frans Abdilla, Aaron Busuttil, Alex Borg, Arthur Cachia, Brian Cini, Isaac Borg, Tony Mifsud, Duncan Bezzina u Philip Ciantar.

Minn dawn Frans Abdilla, Aaron Busuttil, Arthur Cachia, Brian Cini u Tony Mifsud kellhom rebħiet konviċenti ta’ 3-0. Isaac Borg. li huwa iben il-veteran Alex Borg, rebaħ minkejja li tilef l-ewwel żewġ frames fejn irkupra sew u dawwar ir-riżultat favur tiegħu, f’logħba li ħadet aktar minn tliet sigħat. L-avversarju ta’ Aaron Busuttil kien l-Albaniż Arenc Norja li jgħix f’Malta u huwa membru tal-M.B.S.A. u jipparteċipa fil-kompetizzjonijiet lokali li jsiru fl-Akkademja tal-isnooker. Frans Abdilla lagħab it-tieni logħba tiegħu fit-tard iżda tilef.

It-Tnejn il-Maltin, f’din il-fażi tal-gruppi ser jilgħabu f’19 il-partita minnhom, Aaron Busuttil, Alex Borg, Chris Peplow, Ivan Attard u Mark Saffrett għandhom żewġ logħbiet filwaqt li Joseph Casha u Frans Abdilla m’għandhomx logħob.Kampjonat Ewropew tas-Snooker f’Malta: L-Iskoċċiż Liam Graham iċ-champion il-ġdid ta’ Taħt il-21 sena

Sport