Monday, April 22, 2024

Kampjonat Spanjol: Barcelona jżommu d-disa’ punti vantaġġ

Aqra wkoll

Wara li nhar is-Sibt Real Madrid għelbu lil Espanyol bl-iskor ta’ 3-1, il-leaders Barcelona marru għand Athletic Bilbao  u għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0 li kien biżżejjed biex il-Katalani żammew il-vantaġġ ta’ disa’ punti fil-quċċata. 

Il-protagonista ta’ din il-partita kien il-goalkeeper ta’ Barcelona, Marc-Andre ter Stegen, li wettaq bosta saves  bil-konsegwenza li f’dan l-istaġun ma ġiex megħlub għal 25 darba. 

Il-goal rebbieħ wasal eżatt ma’ tmiem l-ewwel taqsima li fil-veritá kien kontra x-xejra tal-logħob wara li d-daqqa ta’ ras tal-attakkant ta’ Athletic ħabtet mal-mimduda.

Kien Raphinha li xeħet fix-xibka li kkonkluda mill-pass ta’ Sergio Busquets. Għall-ewwel dan il-goal ġie ssenjalat f’pożizzjoni ta’ offside iżda bl-intervent tal-VAR, il-player Brażiljan seta’ jiċċelebra l-goal tiegħu.

Sport