Wednesday, November 4, 2026
Home Sport Kampjonat Ewropew Under 17 tan-Nisa: Malta miżmuma mill-Bosnja Herzegovina

Kampjonat Ewropew Under 17 tan-Nisa: Malta miżmuma mill-Bosnja Herzegovina

0
63

MALTA …………..3

BOSNJA …………3

Malta temmet fi draw ta’ 3-3 kontra l-Bosnja-Herzegovina f’partita eċċitanti mill-kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew tan-Nisa ta’ taħt is-17-il sena tal-UEFA, li ntlagħbet l-Erbgħa waranofsinhar.

Il-Bosnja fetħu l-iskor fit-30 minuta permezz ta’ Leona Ackar, iżda Malta wieġbu eżatt qabel il-mistrieħ meta Martina Montebello Caruana approfittat minn indeċiżjoni fid-difiża avversarja biex għamlet l-iskor 1-1.

Malta ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima u fil-54 minuta marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba permezz ta’ Montebello Caruana, li approfittat minn ballun salvat parzjalment mill-goalkeeper, Marina Gojic.

Madankollu, Ackar reġgħet kisbet id-draw għal Bosnija ftit wara, bi cross li spiċċa fix-xibka.

Fid-69 minuta, Malta ngħataw penalty wara li Katrine Jorgensen twaqqgħet fil-kaxxa. Amy Catania ħadet ir-responsabbiltà u skorjat biex għamlet l-iskor 3-2.

Iżda fid-81 minuta, il-Bosnija ngħataw penalty wara handball fil-kaxxa, b’Ackar tikkonverti biex issiġillat it-tripletta personali tagħha u kisbet il-paritá ta’ 3-3.

Minkejja t-tentattivi taż-żewġ timijiet fl-aħħar minuti, ħadd ma rnexxielu jsib il-goal tar-rebħa u l-konfront intemm fi draw.

Malta: 1 Katelyn Camilleri (GK), 2 Amy Catania (C), 3 Ivy-Rose Avah Biag (22 Francesca Spiteri Busuttil, 77’), 4 Amie Marta Portelli, 5 Martina Mendez Vasquez, 8 Elanya Mallia, 9 Katrine Sophie Jorgensen, 11 Keziah Richard (10 Chanice Refalo, 72’), 14 Sara Anneloes Shaladi (19 Amberley Borg, 46’), 17 Kesia Farrugia, 21 Martina Montebello Caruana – Coach: Wayne Attard

Bosnja Herzegovina: 12 Marina Gojic (GK), 4 Lara Ljoljic (C), 5 Sarah Efendic, 6 Marija Ilic (19 Andela Sljepcevic, 46’), 7 Neda Miladinovic (15 Asja Majetic, 66’), 9 Leona Ackar, 11 Nejla Bajramovic (3 Nada Starcevic, 46’), 13 Anja Marjanovic, 14 Sara Raonic (10 Petra Sutalo, 46’), 17 Mia Simakovic, 18 Amila Avdic (8 Matea Radjcic, 80’) – Coach: Ivan Kvesic

Referee: Veronika Vasylchenko (Ukrajna)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here