Saturday, April 27, 2024

Karozza tinqered minn nirien fil-Mellieħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fortunatament ħadd ma ndarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:30 a.m fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa karozza nħakmet minn nirien.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-karozza kienet qiegħda tinstaq meta għal xi raġuni beda tiela’ d-duħħan sakemm inħakmet minn nirien.

Fil-post issejħu minnufih membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew ħidma minnufih iżda l-karozza nqerdet kompletament minn nirien. Issejjaħ ukoll tim mediku fuq il-post iżda fortunatament ħadd ma ndarab.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport