Il-kompetizzjoni tal-MBA Masters huwa l-aktar turnament prestiġjuż fil-bowling Malti, u fih jieħdu sehem il-plejers lokali ewlenin kollha. Wara l-ewwel żewġ rawnds ta’ kwalifikazzjoni, li fihom kellna 2 logħbiet ta’ 300 (Shawn Montanaro u Mark Spiteri),kien fadal 10 bowlers biex jilagħbu l-kwarti tal-finali. Dawn kienu: Kayden Lagana’, Nicolai Mallia, Nicholas Muscat, Matthew Magro, Mikhail Mallia, Cynthia Frendo Duca, Samuel Caruso, Sue Abela, Miguel Xuereb u Tomas Caruso.
Dawn l-aħħar żewġ bowlers kellhom total ta’ pin wieħed biss iktar minn Danial Swift, 5 aktar minn Tiziana Mifsud Caranannte u 7 aktar minn Mark Spiteri, f’dik li kienet kwalifikazzjoni tat-tieni jum ferm akkanita għall-ewwel 10.
Il-kwarti tal-finali ta’ 5 logħbiet raw lil Lagana’ f’forma stupenda, biex spiċċa fl-ewwel post, b’medja ta’ 229, segwit mill- aħwa Mallia, Nicholas Muscat, Matthew Magro u Tomas Caruso.
Il-plejers imbagħad ġew maqsuma f’żewġ gruppi ta’ tliet bowlers, bil-plejers jilagħbu logħba waħda, u l-plejer bl-inqas punteġġ jiġi eliminat. Fil-Grupp 1, Caruso kien l-ewwel wieħed li tilef, b’żewġ pins biss hekk kif Muscat xeħet 205 għall-203 tiegħu, b’Lagana jġib 279. Grupp 2 kien qrib ħafna, hekk kif Nicolai Mallia kiseb 193, Mikhail 192 u Magro 186.
Fit-tieni logħba ta Grupp 2 Nicolai mbagħad kiseb 279 biex jegħleb il-202 ta’ ħuh iż-żgħir, filwaqt li fi grupp 1 Lagana’ kompla f’forma tajba b’256 kontra l-172 ta’ Muscat.
Fil-Finali, iż-żewġ bowlers bdew b’double; madankollu Lagana’ kien jidher ċar li kien f’forma aħjar bi skor ta’ 257 kontra l-221 ta’ Mallia biex kiseb titlu mistħoqq tal-Masters għall-2026!
Lagana’ u Mallia se jingħaqdu ma’ Frendo Duca u Muscat Carannante hekk kif jivvjaġġaw lejn il-Kroazja fi ftit jiem biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Kampjonati tal-Mediterran tal-Bowling.


