Friday, March 29, 2024

Keith Galea, Danica Bonello Spiteri jerġgħu jiksbu it-titlu ta’ champions fit-Triathlon

Aqra wkoll

It-triatleti veterani Keith Galea u Danica Bonello Spiteri kienu lura fuq il-podju tar-rebbieħa meta rebħu t-titli Nazzjonali f’tellieqa li kienet immarkata b’kundizzjonijiet tat-temp ħżiena.

Il-Eurosport Garmin National Triathlon Championships, ospitati mill-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon kellhom bidu kemm xejn diffiċli il-Ħadd filgħodu, meta l-għawma ta’1500m ittardjat minħabba maltempata bir-ragħad u sajjeti li laqat lil Salina eżatt qabel il-bidu. Wara waqfa ta’xi ħmistax-il minuta, meta l-maltempata naqset u kienu kundizzjonijiet meqjusa siguri, it-tellieqa bdiet.

Bir-rebbieħa tas-sena l-oħra Rudolph Agius u Hannah Cutajar mhux jieħdu sehem, il-favoriti għat-titlu kienu Keith Galea, Josef Bonavia u Joe Galea. Fil-waqt li fil-kategorija tan-nisa Danica Bonello Spiteri, rebbieħa multipla tal-edizzjonijiet preċedenti kienet favorita ċara għalkemm Lara Buttigieg kienet lesta li tgħatti prestazzjoni miġġielda.

Keith Galea kien l-ewwel barra mill-ilma, u stabbilixxa distakk komdu ta’aktar minn tliet minuti, hekk kif telaq fuq ir-rotta ta’ 40km fuq ir-rota. Ħerqana li jimminimizzaw il-vantaġġ ta’Galea,  Bonavia u Joe Galea wrew is-saħħa magħrufa tagħhom fuq ir-rota. Minkejja l-isforzi tagħhom, b’Bonavia jirreġistra l-aħjar ħin fit-taqsima tar-rota, Keith Galea żamm id-distakk hekk kif kompla fuq il-ġirja ta’10km. B’titlu ta ‘kampjonat joqrob, Galea żamm wirja ddeterminata biex jispiċċa fl-ewwel post,  quddiem Bonavia u Galea li spiċċaw it-tellieqa fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Sadanittant, Danica Bonello Spiteri affermat il-pożizzjoni tagħha fuq quddiem. Hi ħarġet mill-ilma b’vantaġġ komdu fuq Buttigieg. Fit-tielet post kienet Krista Kuusijarvi. Dawn il-postijiet nżammu matul il-kumplament tat-tellieqa, b’Bonello Spiteri tagħmel prestazzjoni soda biex tirbaħ it-titlu. Dan kien il-ħmistax-il Titlu Nazzjonali ta ‘Bonello Spiteri li jkopri karriera ta’ ħamsa u għoxrin sena.

It-Tiġrija rat ukoll numru ta’timijiet tar-relay jieħdu sehem inkluż tim magħmul mill-President tal-Federazzjoni John Vella, is-Segretarju Ġenerali Warren Muscat u l-membru tal-Bord Michelle Vella Wood.

“Il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon tifraħ lil Keith Galea u Danica Bonello Spiteri għar-rebħa tagħhom nhar il-Ħadd. Il-kundizzjonijiet tat-tellieqa għall-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon tal-Eurosport Garmin kienu iebsin iżda l-kundizzjonijiet ħżiena ma fixklux id-determinazzjoni tal-kompetituri li jipproduċu riżultat tajjeb – irrispettivament minn xi ħabtiet li seħħu minħabba t-toroq imxarrbin. Kienn hemm biżżejjed azzjoni biex tagħlaq l-istaġun ta’ din is-sena – notevolment.” Ikkummenta Dr John Vella, President tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon wara tmiem it-Tiġrija.

 Il-President Vella temm ir-rimarki tiegħu billi rringrazzja lil dawk kollha involuti fl-organizzazzjoni tal-avveniment, partikolarment Garmin Malta, Eurosport, Birkirkara St. Joseph Sports Club, ARRTS Timing, Transport Malta, Malta Bike Marshalls, u l-Kunsill Lokali tan-Naxxar.

Eurosport Garmin National Triathlon Championships Riżultati

 IrġielNisa
1stKeith Galea (2:08:24)Danica Bonello Spiteri (2:18:02)
2ndJosef Bonavia (2:08:42)Lara Buttigieg (2:22:28)
3rdJoe Galea (2:09:46)Krista Kuusijarvi (2:28:31)
Ekonomija

Sport