Tuesday, April 16, 2024

Kelb bi tliet saqajn isib xortih wara li ġie rifjutat darbtejn

Aqra wkoll

Iż-żagħżugħ Jurgen Mallia magħruf bħala ċ-Ċoqqos ma tax kas l-għajdut li kelb li kien għall-adozzjoni kellu diżabbiltà u li ma kienx imur tajjeb ma’ klieb oħrajn.

Dan hekk kif xeħet għajnejh fuq il-kelb bl-isem ta’ Ace li kien għall-adozzjoni. Kien hemm persuni oħrajn li talbu li jadottawh, iżda minħabba li sidu ried ikun żgur li dan il-kelb bi tliet saqajn jingħata ħajja li tixraqlu, għażel li l-kelb imur bi prova mas-sid il-ġdid tiegħu.

Qabel Jurgen, kien hemm żewġ persuni oħra mħajrin jadottawh, iżda minħabba xi raġuni kkanċellaw. Jurgen ma falliex. 

F’filmat imxerred fuq il-profil taż-żagħżugħ il-kelb bi tliet saqajn jidher ma’ xi klieb oħra miexi u anke ritratti tiegħu rieqed ma’ dawn il-klieb.

Interessanti l-fatt li ż-żagħżugħ kien fdat bil-kelb Ace anke minħabba l-fatt li għalih ma kienx jimporta li l-kelb ma kienx imħarreġ, x’aktarx minħabba l-esperjenza tiegħu mal-klieb.

Ekonomija

Sport