Thursday, March 27, 2025

“Kien hemm proposta ta’ żidiet ta’ €35 miljun… poġġejna fuq il-mejda sew iżjed minn hekk”- Il-PM Robert Abela

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar sigħat komplew jintensifikaw it-taħditiet b’rabta mal-ftehim kollettiv għall-edukaturi fl-MCAST.

“Jidher li verament qrobna,” iddikjara l-Prim Ministru Robert Abela meta kien qed jiġi intervistat waqt il-programm “Popolin” fuq ix-xandir nazzjonali.

Filwaqt li semma kif f’Diċembru li għadda kien ħabbar li ż-żidiet f’dan il-ftehim kollettiv kienu se jammontaw għal €35 miljun, il-Prim Ministru enfasizza li “poġġejna fuq il-mejda sew iżjed minn hekk.

Fl-aħħar sigħat kien hemm aktar laqgħat, jidher li hemm draft tat-text, mhux qed ngħid li huwa maqbul fuq kollox, imma qrobna ħafna.”

Huwa elenka l-prijoritajiet ewlenin li joħorġu minn dan il-ftehim, dak li jiżgura li l-edukaturi jkollhom kundizzjonijiet tajbin imma fl-istess ħin saħaq li dan irid ikun sostenibbli.

Barra minn hekk, il-Prim Ministru qal li mhux sew li l-istudenti jispiċċaw “vittmi” ta’ azzjonijiet industrijali.

Dr Abela tenna jgħid li “l-pakkett li offra l-Gvern huwa qawwi ħafna. Nemmen li nistgħu naslu.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport