Saturday, December 21, 2024

“Kienet waħda mill-ewwel role models femminili fil-politika”

L-eks-Prim Ministru Dr Joseph Muscat

Aqra wkoll

L-Eks-Prim Ministru Joseph Muscat f’kummenti li għadda mal-jum tal-ħatra tan-Nutar Myriam Spiteri Debono bħala l-President ta’ Malta qal li hija “kienet ta’ ispitazzjoni għaliha bħala waħda mill-ewwel role models femminili fil-politika.”

Dr Muscat jikteb li “l-magħmudija tan-nar tagħha kienet meta serviet bħala Speaker u qdiet dmirha b’mod ġust fi żmien xejn faċli. Personalment nieħu pjaċir li qisha se tiddaħħal alternanza li l-Kap ta’ Stat darba tkun mara u darba raġel, b’mod li jintbagħat sinjal b’saħħtu favur l-ugwaljanza.

“Michelle ilha taf lil Myriam ferm aktar milli nafha jien u ferm aktar milli Michelle ilha taf lili, għaliex ommha kienet taħdem magħha. Il-familja ta’ Michelle dejjem tirrakkonta anedotti żgħar ta’ rispett li Myriam kienet turi lil ommha u viċi versa. Myriam baqgħet turi r-rispett tagħha lejn Lelina anki meta ħakmitha marda rari u żaritha kemm-il darba fit-traġitt qasir sakemm ma ħallietna.”

L-eks Prim Ministru jgħid li Spiteri Deboni kienet tagħmel kuraġġ lil Michelle fl-istudji tagħha filwaqt li aktar tard ħadmu flimkien meta l-President Elett kienet l-President tal-Għaqda Nisa Laburisti u Michelle kienet Assistenta Personali ta’ Dr Alfred Sant.

Dr Muscat itemm il-messaġġ tiegħu billi jikteb li “jiddispjaċina li llum mhux se nkunu għaċ-ċerimonja tal-ħatra minħabba li ninsabu barra minn Malta fuq safra li ilha ħafna ppjanata f’perjodu li t-tfal huma bla skola. Minn hawn nixtiequ lill-President l-aqwa suċċess u saħħa.”

Ekonomija

Sport