Sunday, October 27, 2024

“Kif nistgħu ninsew dak il-wiċċ gustuż u l-ħlewwa ta’ karattru?… Itlob għalina mill-ġenna”

Bosta jsellmu l-memorja ta’ Charlize Agius

Aqra wkoll

Bosta kienu dawk il-persuni li fl-aħħar sigħat sellmu l-memorja ta’ Charlize Agius, tfajla li Puttinu Cares kienu ddeskrivewha bħala tfajla li tferraħhom u li kienet ittihom l-kuraġġ kull darba li kienet tmur Rainbow Ward.

Hekk kif sellmu l-memorja tagħha, fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares kitbu: “Kif nistgħu ninsew dak il-wiċċ gustuż u dak il-ħlewwa ta’ karattru? Kif nistgħu ntaffu l-vojt, id-dmugħ u l-ugigħ li tħalli l-firda minn miegħek għażiża Charlize. Kemm aħna kburin bik u kemm għallimtna l-paċenzja. Il-familja tiegħek batew wisq jarawk għaddejja minn mumenti iebsin. Kieku setgħu taw ħajjithom biex iżommuk magħhom. Imħabba bla qies kellek mill-familja u mill-ħbieb kollha li ammiraw l-kuraġġ tiegħek. Itlob għalina mill-ġenna u żomm idejk fuq il-familja sabiħa tiegħek. Itfalna bewsa bħalma kont tħobb tagħmel.”

Fost l-oħrajn, fil-ħin liberu tagħha hija kienet tagħmel keychains bir-resin u l-qligħ kollu kienet ittih lil Puttinu.

Ħbieb u persuni li kienu jafuha qalu li kien tassew ta’ unur li kienu jafuha u qalu li se jibqgħu jiftakru t-tbissima ħelwa tagħha.

Jeremy Mercieca, persuna oħra li kien jafha qal: “Minn fuq il-bank tal-iskola għal b’xi kostum tal-karnival; dejjem kellek Kkrattru ferrieħi u ġeneruż! Xtaqniek tkun preżenti u parti essenzjali mill-ġurnata speċjali tagħna, pero ser tkun qed tieħu ħsiebna mal-bqija tal-anġli l-oħra!”.

Il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi wrew is-sogħba għat-telfa ta’ Charlize; żagħżugħa bastjaniża li għal xi żmien ukoll kellha ċ-ċans tingħaqad mal-kummissjoni tagħhom. Huma taw il-kondoljanzi sinċieri lill-qraba u l-ħbieb tagħha.

Il-funeral ta’ Charlize se jsir il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju fit-8.30a.m. ġewwa l-Knisja ta’ San Sebastjan Ħal Qormi.

Sport