It-tieni kontiġent tas-CPD jirritorna mill-Portugall

Aqra wkoll

Membri mit-tieni kontiġent tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) li ntbagħtu jassistu fil-Portugall, irritornaw lura f’pajjiżna fis-sigħat li għaddew. 

Dan il-grupp ta’ pumpiera kienu milqugħa mill-familji u l-għeżież tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li temmew id-deployment tagħhom li matulu appoġġjaw lill-kontroparti Portugiżi tagħhom fit-tifi tan-nar fil-foresti.

Id-deployment kien jifforma parti mill-programm ta’ prepożizzjonament tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE, ikkordinat permezz ta’ DG ECHO.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport