Wara l-ħruġ b’suċċess tal-għażla Aperitivo fl-2021 bil-Kinnie Spritz, Kinnie nediet xarba oħra: il-Kinnie Rumba, aperitiv alkoħoliku (4.0% ABV) bil-Kinnie u t-togħmiet aromatiċi naturali tar-rum.
Il-Kinnie Rumba fiha l-enerġija Mediterranja u r-ritmu Kuban tal-Karibew, taħtlita li tqanqlek biex idduqha, tiċċaqlaq mar-ritmu, u tgawdi l-mument.
Clara Bugeja Jensen, Brand Executive għal Kinnie qalet li: “Il-Kinnie Rumba għandha infużjoni ta’ togħmiet naturali ta’ spiced rum u Kinnie. Hija għalhekk perfetta għal dawk li jkunu jixtiequ jagħtu l-ħin tal-aperitiv tagħhom b’differenza wara x-xogħol, mal-ħbieb, matul il-jum jew billejl.”
Il-Kinnie Rumba għandha karattru b’saħħtu, kemxejn aromatiku, ideali għal għadd ta’ okkażjonijiet, minn mumenti għall-kwiet fi nżul ix-xemx sa laqgħat soċjali brijużi. Il-bilanċ fit-togħmiet aromatiċi u friski tagħha jagħmilha wkoll xarba adattata għal matul is-sena kollha.
“Kinnie ilha s-snin magħrufa bħhala xarba versatili għax tista’ tiżdied faċilment ma’ cocktails, aperitivi, u xorb ieħor mill-konsumaturi u l-bartenders. Bis-saħħa tal-għażla Kinnie Aperitivo qed nagħtu dimensjoni ġdida u oriġinali lix-xarba klassika tal-Kinnie fix-xorb u l-cocktails,” qalet Susan Weenink Camilleri, Head of Sales & Marketing.
Il-Kinnie Rumba idealment tisserva bis-silġ u b’felli lime. Issibha fil-ħwienet fi fliexken tal-ħġieġ ta’ 25ċl u f’pakketti konvenjenti ta’ erba’ fliexken. Bħala parti mill-offerta promozzjonali tat-tnedija, qed tingħata tazza ma’ kull pakkett ta’ erba’ fliexken. Din l-offerta tintemm malli tispiċċa l-konsenja.
Il-Kinnie u l-għażla tal-Kinnie Aperitivo huma prodotti, irreklamati u mqassmin minn Simonds Farsons Cisk plc.