Thursday, April 24, 2025

KLIJENTI TAL-BOV B’ĊANS LI JESPERJENZAW TELLIEQA F’BARĊELLONA GRAZZI GĦAL VISA

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta qed iħabbar opportunità unika għall-klijenti tiegħu li għandhom kard tal-Visa, biex jirbħu esperjenza esklussiva mat-team ta’ Visa Cash App Racing Bulls f’Barċellona bejn id-29 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju 2025. Din l-opportunità toffri lir-rebbieħa mumenti indimentikabbli b’ospitalità tal-ogħla livell f’wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi fl-isport tat-tiġrijiet tal-karozzi.

Din il-kampanja esklussiva li se trebbaħ żewġ klijenti, pakkett b’kollox inkluż għal tnejn, hija possibbli grazzi għall-kollaborazzjoni mill-qrib li l-BOV għandu ma’ Visa kif ukoll għall-isħubija ta’ Visa mat-team ta’ Visa Cash App Racing Bulls (VCARB).

Il-kampanja tibqa’ miftuħa sas-6 ta’ Mejju 2025 u tirrikjedi lill-klijenti tal-Bank iwettqu minn tal-inqas għaxar (10) tranżazzjonijiet bil-kard tal-Visa bi spiża globali ta’ mhux inqas min €300. It-tranżazzjonijiet jistgħu isiru permezz tal-kard fiżika jew b’kartiera diġitali, sew online jew mill-ħwienet. Klijenti tal-Bank li jixtiequ jieħdu sehem, għandhom jirreġistraw speċifikament għal din il-promozzjoni fuq https://forms.office.com/e/0kJJ3zXrWu u jidħlu biċ-ċans li jkunu fost ir-rebbieħa. Iktar informazzjoni, inklużi wkoll it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kampanja jiinsabu fuq l-istess formola.

Ir-rebbieħa se jirbħu pakket b’kollox inkluż għal żewġ persuni, għal erbat’iljieli bit-titjiriet tar-ritorn inklużi għall-Barċellona, esperjenza bl-ospitalità ma’ Visa Cash App Racing Bulls, akkomodazzjoni f’lukanda ta’ 5 stilel kif ukoll it-trasport lejn iċ-ċirkwit u l-ajruport. Barra minn hekk, ir-rebbieħa jingħataw ukoll prodotti esklussivi bil-marka ta’ VCARB.

Iktar informazzjoni:

Visa Cash App Racing Bulls: B’aktar minn 350 bidu ta’ tellieqa, it-tim Taljan tal-Formula 1 ta’ Red Bull ilu mill-2006 meqjus bħala wieħed mill-aktar kompetituri konsistenti u importanti fl-isport. Imniedi bħala Scuderia Toro Rosso u inkarigat li jtella’ sewwieqa ġodda fuq iċ-ċirkwit, it-tim irnexxielu jniedi karrieri tal-ogħla livell ta’ ġenerazzjoni ta’ sewwieqa li rebħu tlielaq u kampjonati dinjija. Is-suċċess kompla wara li t-tim biddel ismu fl-2020 bħala Scuderia AlphaTauri, b’rebħa fil-Grand Prix tal-Italja fl-ewwel staġun tiegħu. Issa mwieled mill-ġdid b’missjoni estiża biex jiġġieled għal premijiet ikbar fl-isport, it-tim tal-Visa Cash App Racing Bulls qed jagħti spinta lil era ġdida ta’ kompetizzjoni fil-qasam tal-motorsport.

Visa: Visa (NYSE: V) hija mexxej dinji fil-pagamenti diġitali, li tiffaċilita t-tranżazzjonijiet bejn il-konsumaturi, in-negozjanti, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-entitajiet tal-gvern f’aktar minn 200 pajjiż u territorju. Il-missjoni tagħha hija li tgħaqqad id-dinja permezz tan-network tal-pagamenti mill-aktar innovattiv, konvenjenti, affidabbli u sigur, li jippermetti lill-individwi, lin-negozji u lill-ekonomiji jirnexxu. Visa temmen li l-ekonomiji li jinkludu lil kulħadd kullimkien, jgħollu lil kulħadd kullimkien u jaraw l-aċċess bħala fundamentali għall-futur tal-moviment tal-flus.

Iktar Informazzjoni fuq Visa.com

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport