Friday, July 26, 2024

Kokaina ma’ ġgieget ta’ salvataġġ lesta biex tintefa’ l-baħar 

… miżmum bastiment li jtajjar il-bandiera Maltija

Aqra wkoll

Investigazzjoni mill-Pulizija Irlandiża wasslet biex inkixef traffikar ta’ droga Kokaina mill-Amerika t’Isfel lejn l-Ewropa. Id-droga kienet qiegħda titpoġġa fil-plastik flimkien ma’ ġgieget ta’ salvataġġ ikkuluriti u dan biex imbagħad jintefgħu l-baħar u jinġabru.

Il-Pulizija Irlandiża kienet qiegħda ssegwi bastiment li jtajjar il-bandiera Maltija bl-isem ta’ Verila. Meta dan daħal f’Limerick fl-Irlanda għamlu spezzjoni u fuqu instabu madwar 300 kilo ta’ droga Kokaina. Il-baħrin li huma ħamsa ġew arrestati.

Jirriżulta li l-bastiment kien salpa minn Montreal fil-Kanada b’tagħbija ta’ qamħ. Jirriżulta iżda li qabel il-bastiment kien f’Santos fil-Brażil.

Kollox jindika li d-droga hi ta’ kwalità għolja u għalhekk aktarx li kienet se tiġi mħallta biex imbagħad titqassam fis-suq Ewropew.

Ekonomija

Sport