Monday, November 4, 2024

“Konna qisna mġienen infittxu l-vażuni u l-arloġġ misruqa”

– il-kuratur tal-Palazz qabel instabu l-oġġetti

Aqra wkoll

Hekk kif fl-aħħar jiem kompliet il-kumpilazzjoni kontra Ljubica Zivkovic li hija akkużata b’serq aggravat, pussess illegali ta’ artefatti kulturali u ksur ta’ probation, il-kuratur tal-Palazz tal-President Emmanuel Magri Conti xehed li kienu qishom imġienen ifittxu l-affarijiet neqsin fosthom il-vażuni u l-arloġġ.

Ljubica Zivkovic, Serbjana ta’ 52 sena kienet taħdem mal-Palazz bħala manager ta’ proġett numru ta’ xhur ilu u kienet qed tissorvelja x-xogħlijiet. Waqt il-kumpilazzjoni ntqal li l-akkużata kienet taħdem mingħajr sorveljanza u mexxiet il-proġett b’mod effettiv.

Intant, Magro Conti waqt ix-xhieda tiegħu xehed li “Konna qisna mġienen, għaddejjin madwar il-palazz infittxu l-oġġetti”. Fl-4 ta’ April kien sar rapport lill-pulizija li mil-Palazz kien hemm tliet vażuni u arloġġ antik neqsin u minnfih il-pulizija bdew bl-investigazzjonijiet tagħha.

Xhud oħra kienet l-Ispettur Christina Delia li qalet li minkejja li fil-kamra fejn kien hemm l-oġġtti neqsin ma kien hemm l-ebda kameras tas-sigurtà, filmati meħudin minn kameras oħrajn li hemm fil-Palazz urew mara tidħol u toħroġ mill-kmamar fejn kienu l-artifatti u wara dehret ġġorr baskett kbir waqt li kienet ħierġa mill-binja.

L-Ispettur qalet li l-pulizija ddentifikaw lis-Serbjana fejn minn filmati dehret iġġorr baskett u miexja mgħawġa bħallikieku qed iġġorr xi ħaġa tqila.

Il-każ, li qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat Nicholas Degaetano mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispetturi Christina Delia, Daryl Borg u Kurt Farrugia, waqt li l-Avukat Rachel Tua qed tiddefendi lil Zivkovic.

Sport