Monday, May 13, 2024

Konrad Mizzi se jkun disponibbli mit-3 ta’ Novembru ‘l quddiem

Aqra wkoll

Konrad Mizzi għadu kemm ħabbar li ftit tal-ħin ilu informa lill-Kumitat għall-kontijiet pubbliċi li kemm hu, kif ukoll l-avukati tiegħu, jinsabu disponibbli sabiex jattendu għal-laqgħa tal-kumitat fi kwalunkwe’ ġurnata minn nhar l-Erbgħa 3 ta’ Novembru ‘l quddiem.

Intant għada l-kumitat PAC mistenni jitlaqqa’ biex jiddiskuti t-triq ’il quddiem f’dan ir-rigward.

 It-Tlieta li għadda, l-eks Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar fuq il-profil tiegħu li kien se jkun qiegħed jattendi laqgħa tal-kumitat parlamentari dwar il-kontijiet pubbliċi.

Mizzi kien qal li l-Partit Nazzjonalista ressaq din il-mozzjoni ftit sigħat qabel id-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela b’rabta mal-budget 2022.

Huwa ddeskriva din il-mossa bħala tentattiv biex tiddevja l-attenzjoni mid-diskors ta’ Robert Abela.

Sport