Fil-bidu tad-diskors tiegħu fil-replika tal-Budget 2027, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Alex Borg qal li hu kien qiegħed jistenna li f’dan l-ewwel budget ta’ din il-leġiżlatura jingħata s-super bonus għax din kienet waħda mill-akbar wegħdi fil-kampanja elettorali.
Hawn Dr Borg qal li Gvern Nazzjonalista ġdid se jkun qiegħed ikompli jagħti dan il-bonus għax din hija xi ħaġa tajba.
“Lanqas tixtri kafe u toast biż-żieda fil-pensjoni”
Dr Alex Borg qal li hu kieku jistħi jidher quddiem in-nies hekk il-Prim Ministru għamel kampanja jgħid li se jżid il-pensjoni b’50 ewro, iżda “issa ġie l-budget u żiedhom 10 ewro biss li aktar minn nofshom huma ż-żieda tal-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti.”
Dr Borg qal li b’dan il-flus “lanqas tixtri kafe u toast…”
“Gvern għajjien u mingħajr ambizzjoni”
Fir-replika tiegħu għal Budget 2027, Dr Alex Borg qal li l-unika idea kif il-Gvern ikomplu jkabbar l-ekonomija hija li jkomplu jkabbar il-popolazzjoni… Stqarr li f’pajjiżna se jkun hawn madwar 800,000 persuna jgħixu.
Fl-istess waqt qal li Gvern Nazzjonalista għandu l-ideat kif ibiddel l-ekonomija u ma jibqax ikabbar l-istess ekonomija billi jġib aktar nies.
Iżda minkejja dan Dr Alex Borg baqa’ ma ressaq l-ebda proposta kif se jbiddel il-mudell ekonomiku.
Fid-diskors tiegħu qal li dan hu Gvern għajjien u mingħajr ambizzjoni.
