Sunday, December 22, 2024

Koppja Ingliża bi ġrieħi gravi wara li nqalbu bil-quad bike fi Triq tar-Ramla f’Għawdex

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-2:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ Għajn Ħosna, ix-Xagħra, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li Ingliż ta’ 57 sena, li kien qiegħed isuq quadbike u miegħu kellu mara Ingliża ta’ 54 sena bħala passiġġiera, tilef il-kontroll u waqgħu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Aktar kmieni: Koppja l-isptar wara li nqalbu bil-quad bike fi Triq tar-Ramla f’Għawdex

Koppja Ingliża kellhom jiddaħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tat-3.00pm kienu nvoluti f’inċident fix-Xagħra Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-Ingliżi, raġel ta’ 57 sena u mara ta 54 sena kienu qegħdin isuqu l-Quad Bike fi triq li mix-Xagħra tagħti għar-Ramla l-Ħamra meta għal xi raġuni spiċċaw inqalbu.

Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn taw l-ewwel għajnuna lill-koppja u wara ttieħdu l-Isptar għal aktar kura.

S’issa l-kundizzjoni tagħhom għandha mhix magħrufa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport