Saturday, December 21, 2024

“Kuntent inġib vot anqas u nkun kredibbli”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sostna li l-livell ta’ dejn meta kkumparat ma’ ta’ pajjiżi oħra jrid ikun dejn li pajjiżna jiflaħ għalih. Ma nħebiex dwar il-fatt li matul l-aħħar sentejn id-dejn ta’ pajjiżna kkumparat mal-prodott gross domestiku żdied b’madwar 20 fil-mija “għax li kieku ma għamilniex hekk l-ekonomija kienet tmut u li kieku ħallejna l-magna tmut, konna nispiċċaw f’dejn akbar u għalhekk kien għaqli li nonfqu kif kellna nonfqu u issa konxji li hemm bżonn li d-dejn ta’ dan il-pajjiż jerġa’ jibda jonqos għax dak li r-regoli ekonomiċi jitolbu minn pajjiż li jrid jipprospera”, żied jgħid il-Ministru.

Caruana qal li fis-snin li ġejjin id-dinja tista’ taffaċċja daqqa ta’ ħarta oħra u b’hekk pajjiżna jrid ikun preparat biex il-ġenerazzjonijiet li jmiss ma jkollhomx għalfejn ibatu.

Tkellem dwar il-wegħdiet tal-miżuri tal-Partit Nazzjonalista, iżda ma għamlu kalkolu ta’ ebda miżura. Fakkar li ftit qablu n-naħa tal-Oppożizzjoni tkellmu dwar ir-responsabbilità iżda kulħadd jista’ jgħid li jrid bil-kliem iżda li jgħodd huwa l-fatti. “Jien kuntent inġib vot anqas u nkun kredibbli milli għaxra aktar u ma nkunx”, tenna Caruana.

Ekonomija

Sport