Tuesday, June 30, 2026

Kurt Farrugia jinħatar CEO ta’ Residenza Malta u Leonid McKay fil-kariga ta’ CEO ta’ Transport Malta

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport iħabbar il-ħatra ta’ Kurt Farrugia bħala Kap Eżekuttiv ta’ Residenza Malta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2026.

Kurt Farrugia se jġib miegħu esperjenza estensiva fit-tmexxija kemm fil-Gvern kif ukoll fis-settur pubbliku. Matul il-karriera tiegħu serva bħala Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern u Kelliem għall-Prim Ministru, Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise, u l-aktar reċenti bħala Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta.

Matul iż-żmien tiegħu f’Transport Malta, mexxa numru ta’ inizjattivi strateġiċi mmirati biex isaħħu s-setturi tat-trasport tal-art, il-marittimu u l-avjazzjoni f’Malta, filwaqt li f’Malta Enterprise kien responsabbli mit-tmexxija tal-aġenzija nazzjonali għall-promozzjoni tal-investiment fejn wassal għal investiment barrani ġdid f’Malta, it-twaqqif ta’ ekosistema għall-istart ups u għajnuna lin-negozji Maltin permezz ta’ diversi inizjattivi.

Il-Ministru Byron Camilleri laqa’ din il-ħatra u esprima l-fiduċja tiegħu li l-esperjenza tas-Sur Farrugia fl-amministrazzjoni pubblika, l-ippjanar strateġiku u t-tmexxija organizzattiva ser tkompli ssaħħaħ il-ħidma ta’ Residenza Malta biex tattira talent u investiment li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.

Il-Ministeru jesprimi wkoll l-apprezzament tiegħu għall-kontribut tal-mibki Jonathan Cardona, li bid-dedikazzjoni u l-viżjoni tiegħu ħalla impatt sinifikanti fuq it-tkabbir u s-suċċess ta’ Residenza Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport