Saturday, April 12, 2025

Kważi 100 crew lokali jaħdem fuq ‘Zielfahnder V’ wara li Malta tilqa’ produzzjoni Ewropea kbira oħra

Aqra wkoll

Madwar 100 Malti u Għawdxi bħalissa qed jaħdmu fuq il-produzzjoni ta’ ‘Zielfahnder V’. Din il-produzzjoni tagħmel parti minn franchise televiżiva Ġermaniża mimlija azzjoni.

‘Zielfahnder V’, taħt id-direzzjoni ta’ Stephen Lacant, jimmarka film ieħor Ewropej li għażel lil Malta bħala l-bażi tas-serje tiegħu u ġab miegħu investiment sinifikanti u opportunità ta’ impjiegi.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, akkumpanjat mill-Kummissarju tal-Films ta’ Malta, Johann Grech, żaru s-set ta’ ‘Zielfahnder V’.

Iż-żjara fakkret l-appoġġ kontinwu tal-Kummissjoni Maltija tal-Films għall-produzzjonijiet internazzjonali u l-professjonisti Maltin li jikkontribwixxu għas-suċċess tagħhom.

‘Zielfahnder V’ se jkun qed jiffilmja f’Ħ’Attard, San Ġiljan, il-Birgu, u Baħar iċ-Ċagħaq, fost lokalitajiet oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport