Wednesday, May 13, 2026

Kważi 2,000 passiġġier maqbudin fuq cruise liner fi Franza 

...passiġġier imut u oħrajn b’suspett li għandhom norovirus

Aqra wkoll

Abbord curise liner li baġlissa jinsab fil-port ta’ Bordeaux fi Franza hemm konfużjoni sħiħa hekk kif l-awtoritajiet ma ħallewhomx jinżlu minn fuqu.

Dan wara li passiġġier ta’ 90 sena miet kawża ta’ norovirus filwaqt li madwar 50 passiġġier qegħdin juru sintomi tal-istess virjus.

B’kollox fuq il-vapur hemm 1,700 passiġġier li kienu qegħdin igawdu vaganza. Il-vapur daħal fil-port ta’ Bordeaux nhar it-Tlieta u l-awtoritajiet qalu li ma kinitx se jħallu lil ħadd jinżel minn fuqu.

S’issa ma hemm l-ebda allarm li dan il-vijrus qiegħed jinfirex b’rittmu li jista’ jiġi ddikjarat bħala pandemija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport