Wednesday, May 13, 2026

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Ilbieraħ għall-ħabta tal-5.00p.m. il-Pulizija ġew infurmati b’allegat traffikar ta’ droga f’parkeġġ fil-limiti ta’ Triq l-Iljun Ħal Qormi.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn ġie nnutat persuna suspettuza ħiereġ minn vettura. Minn tfittxija li saret fuqu, Il-Pulizija sabet madwar mitt qartas b’sustanza suspettata droga sintetika, flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel li għandu 26 sena, resident Ħal Qormi ġie arrestat fuq il-post u mistenni jitressaq il- Qorti illum, għall-ħabta tas-1.30pm quddiem il-Maġistrat Dr Ingrid Bianco LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport