Thursday, November 28, 2024

Kważi 25 fil-mija tan-nisa Maltin esperjenzaw vjolenza fiżika, theddid u vjolenza sesswali

Aqra wkoll

Stħarriġ li ġie ppubblikat  mill-Eurostat b’kollaborazzjoni mal-European Union Agency for Fundamental Rights  u mal-European Institute of Gender Equality wera li kważi 25 fil-mija tan-nisa f’Malta esperjenzaw vjolenza fiżika, thedidd u vjolenza sesswali.  L-ogħla rata ta’ nisa li esperjenzaw din it-tip ta’ vjolenza hi fil-Finlandja b’57.1 fil-mija u wara ġięt lżvezja b’52.5 fil-mija.

Jekk wieħed ikollu janalizza din l-istatistika fir-rigward ta’ Malta isib li minn dawk il-25 fil-mija kien hemm 13.3 fil-mija li esperjenzaw vjolenza fiżika u theddid imma ebda vjolenza sesswali, waqt li 11.1 fil-mija oħra esperjenzaw vjolenza sesswali. 

L-istħarriġ staqsa ukoll kemm hemm nisa li sofrew vjolenza fiżika, theddid u vjolenza sesswali mis-sieħeb tagħhom f’ħajjithom u xahrejn qabel sar l-istħarriġ. Fil-każ tan-nisa Maltin kien hemm 14.6 fil-mij ali qalu li esperienza theddid u vjolenza fiżika u xejn inqas minn 26 fil-mija li qalu li esperjenzaw vjolenza sesswali.

Għal dik li hi vjolenza u theddid minn persuna oħra li mhix is-sieħeb, kien hemm 15 fil-mija tan-nisa Maltin li wieġbu li esperjenzaw dan.

Dan ir-rapport inħareġ  hekk kif fl-aħħar jiem ġie mfakkar il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa. Prattikament dań ir-rapport sab  li fl-Unjoni Ewropea, waħda minn kull tmien  persuni femminili jesperjenzaw vjolenza sesswali minn xi ħadd li mhuwiex is-sieħeb tagħhom.

Fejn tidħol il-kwistjoni tal-vjolenza domestika hu importanti li wieħed jitkellem u jirrapporta. Joħroġ li Malta għandha l-ogħla  rata ta’ rappurtaġġ b’persentaġġ ta’ 48.2 fil-mija. Kien hemm 33.7 fil-mija li rrapputaw il-vjolenza lil persuni involuti fil-qasam tas-servizzi soċjali jew f’tas-saħħa.  31.5 fil-mija irrappuraw lill-pulizija. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport