Saturday, December 21, 2024

L-ACE tilqa’ l-estensjoni tas-Suppliment tal-Pagi għax-xahar ta’ Mejju

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) laqgħet dak li ġie mħabbar riċentament mill-Malta Enterprise li s-Suppliment tal-Pagi lill-impjegati li l-kumpaniji tagħhom ġew affettwati mill-pandemija tal-Covid-19 se jibqa’ jingħata sal-aħħar ta’ Mejju.

Fi stqarrija, l-ACE qalet li dan isegwi diskussjonijiet produttivi bejn l-istess Assoċjazzjoni u l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża.

L-ACE qalet li tħoss li tali estensjoni se tgħin lill-istabbilimenti tal-catering lokali jirkupraw mill-impatt li ħalliet il-pandemija tal-Covid-19 kif ukoll tgħin biex ittaffi l-ġlieda kostanti biex jakkwistaw, jimmaniġġjaw u jżommu r-riżorsi umani. 

L-ACE żiedet tgħid li l-estensjoni se tgħin ukoll biex itaffi l-impatt dirett u indirett tal-gwerra fl-Ukrajna fuq l-industrija. 

L-Assoċjazzjoni temmet tgħid li fuq kollox, l-estensjoni tas-supplimenti tal-pagi se tgħin lill-istabbilimenti tal-catering jħejju għall-istaġun tas-sajf li ġej.

Ekonomija

Sport