Tuesday, April 23, 2024

L-aħħar preparamenti għal Glitch Festival 2022

Aqra wkoll

Għaddejjin b’ritmu tajjeb l-aħħar preparamenti għar-ritorn tal-Glitch Festival.

Bejn it-13 u 16 ta’ Awwissu, dan l-avveniment mużikali ser ikun qiegħed jilqa’ f’pajjiżna ‘l fuq minn 65 artist internazzjonali li ser ikunu qegħdin jagħtu spettaklu f’numru ta’ stabbilimenti ta’ divertiment madwar pajjiżna.

Waqt żjara li għamel f’Gianpula Fields ir-Rabat, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo saħaq li Glitch Festival huwa avveniment mużikali ieħor li jkompli jikkonferma l-attività kontinwa li għaddej minnha pajjiżna f’dan iż-żmien tas-sena.

“Dan it-tip ta’ avvenimenti mużikali huma ħolqa oħra biex Malta tkun minn ta’ quddiem nett fejn tidħol in-niċċa tal-festival tourism. Għandna kull interess li nkomplu mexjin f’din id-direzzjoni biex Malta tibqa’ kompettitiva fid-dinja turistika”, kompla jgħid il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.

Huwa żied jgħid li l-aħbar riċenti maħruġa mill-Eurostat li turi kif Malta hija fost l-aqwa pajjiżi Ewropej li tattira turisti matul is-sena kollha, hija ċertifikat ħaj li l-pjan ta’ rkupru għas-settur turistiku qed iħalli riżultati pożittivi.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef.

Sport