Tuesday, April 16, 2024

L-Air Malta bi sħab kummerċjali ma’ Discover the World

Aqra wkoll

Hekk kif l-Ewropa qegħda tiftaħ għall-ivvjaġġar reġjonali, l-Air Malta ġeddet l-enfasi tagħha fuq is-sħab kummerċjali bil-ħatra ta’ ‘Discover the World’ għas-swieq tal-Olanda, tal-Belġju, tal-Ġermanja u tal-Iżvizzera.

Bħalissa l-Air Malta qed topera aktar minn 90 titjira bir-ritorn kull ġimgħa lejn 19-il destinazzjoni.

L-Kap Kummerċjali Ewlieni tal-Air Malta, Roy Kinnear, esprima l-kuntentizza tiegħu illi l-Air Malta qed issaħħaħ ir-relazzjoni tagħha ma’ Discover the World, li diġà kienu qed jgħinu fl-attivitajiet tal-linja tal-ajru nazzjonali fis-swieq sekondarji. Discover the World ser tixpruna l-isforzi tal-Air Malta tal-bejgħ u tal-kummerċ u se tgħin biex tippromwovi l-Gżejjer Maltin f’dawn is-swieq primarji. 

Huwa żied jgħid li “hekk kif se nerġgħu nibdew inżidu t-titjiriet u l-frekwenzi għal diversi swieq, aħna qed nistennew bil-ħerqa li naħdmu ma’ Discover the World li, permezz tan-network u l-esperjenza estensiva tagħhom, se jgħinuna nippromwovu lill-Air Malta bħala l-linja tal-ajru tal-għażla għall-Gżejjer Maltin.”

Ian Murray, il-Kap Eżekuttiv ta’ Discover the World qal, “Kuntenti li qed naħdmu mal-Air Malta f’dawn is-swieq ewlenin Ewropej. Discover the World hija ditta fantastika li meta tippromovi destinazzjonijiet fantastiċi bħal-gżejjer Maltin kapaci toħloq prodott rebbieħ u ta’ success. B’timijiet tal-bejgħ b’esperjenza vasta, kemm mill-Air Malta u kif wkoll minn Discover The World, aħna se nimmassimizzaw l-opportunitajiet kollha sabiex ngħinu lis-sħab kummerċjali u lill-konsumaturi tagħna jibbukkjaw b’faċilità u b’kunfidenza.”

Alex Savona, il-Kap tal-Bejgħ tal-Air Malta żied, “Minn bajjiet attraenti, baħar ċar daqs il-kristall, ristoranti moderni, kif wkoll monumenti antiki mill-isbaħ u legat tal-għaġeb fl-arti u fil-kultura li jmur lura sekli sħaħ, Malta għandha xi ħaġa x’toffri għal kulħadd. Il-klijenti tagħna jistgħu jgawdu mill-ospitalità Maltija mil-mument li jitilgħu abbord it-titjiriet tagħna. Qed nistennew bil-ħerqa li naħdmu ma’ Discover the World biex nixprunaw il-proposti uniċi tal-bejgħ ta’ Malta u tal-Air Malta f’dawn is-swieq”.

Aiden Walsh, Kap tal-Iżvilupp tal-Linji tal-Ajru għal Discover the World ikkummenta, “Aħna kuntenti li għandna rwol integrali fiż-żieda tal-bejgħ għad-destinazzjoni ta’ Malta. Nistennew bil-ħerqa li nimpenjaw ruħna mas-sħab kummerċjali tal-ivvjaġġar tagħna biex inpoġġu lill-Air Malta bħala l-linja ta l-ajru preferita għal Malta u għall-Gżejjer tagħha.  Stabbilixxejna tim iddedikat f’dawn is-swieq ewlenin li kollha joffru titjiriet diretti lejn dawn il-gżejjer tant sbieħ.”

Discover the World se tkun responsabbli biex tipprovdi firxa estensiva ta’ servizzi ta’ bejgħ lill-Air Malta, tmexxi kampanji ta’ bejgħ għal żjarat personali; tibni fuq ir-relazzjonijiet kummerċjali eżistenti u żżid id-dħul mill-bejgħ tal-biljetti minn aġenziji u minn operaturi ġodda li huma entużjasti li jservu fid-domanda dejjem tikber għall-vaganzi lejn Malta.

Ekonomija

Sport