Wednesday, April 24, 2024

L-Amerikan Christian Pulisic fiduċjuż li jilħaq ikun f’siktu kontra l-Olanda

Aqra wkoll

Christian Pulisic jinsab fiduċjuż li l-injury fil-pelvic li sofra meta skorja l-uniku goal fir-rebħa tal-Istati Uniti fuq l-Iran, mhijiex daqstant gravi kif kienet antiċipata fejn sostna li nhar is-Sibt li ġej se jkun għad-dispożizzjoni tal-coach biex jilgħab kontra l-Olanda fir-round tal-Aħħar 16. 

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena weġġa’ meta, fit-38 minuta, skorja l-goal deċiżiv u lħabat mal-goalkeeper Iranjan, Alireza Beiranvand, bil-konsegwenza li fil-bidu tat-tieni taqsima kellu jiġi sostitwit. 

Il-coach Amerikan, Gregg Berhalter, ikkonferma li Pulisic weġġa’ u ntbagħat l-isptar bħala prekawzjoni wara li ħassu sturdut, u qal li l-players kellhom għamlu kuntatt miegħu permezz ta’ video call mid-dressing room.

“Aħna tkellimna miegħu u jinsab fi spirtu tajjeb,” qal Berhalter fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ wara l-logħba.

“Pulisic huwa player ta’ kwalitá kbira u jagħti impetu qawwi lill-kumplament tal-iskwadra. Barra minn hekk huwa theddida kontinwa għad-difensuri avversarji.” 

Pulisic ma setax jiċċelebra l-goal tiegħu biex għen lill-Istati Uniti jtemmu fit-tieni post ta’ Grupp B, wara l-Ingilterra. Huwa deher li weġġa’ meta ħabat mal-goalkeeper avversarju u għaldaqstant ma setax ikompli jilgħab … anke jekk baqa’ fil-ground sa tmiem l-ewwel taqsima. 

Sport