Wednesday, April 24, 2024

“L-appartament li ninsab fih għalija hu nnifsu huwa parti mill-kura”

Pazjenta li bħalissa qed tgħix fl-appartamenti ta’ Puttinu fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Li tgħix f’post illi jkun imdawwar b’nies li huma ta’ spalla għalik u bil-bżonnijiet kollha li tkun teħtieġ, speċjalment f’mumenti diffiċli bħal ngħidu aħna każi ta’ mard, huwa nofs il-fejqan minnu nnifsu.

Dan hu l-messaġġ ewlieni ta’ apprezzament ta’ waħda mill-pazjenti li bħalissa qed tagħmel użu mill-appartamenti ta’ Puttinu fl-Ingilterra.

“L-appartament f’Cheam Road li ninsab fih bħalissa mhux talli hu wens, imma għalija hu nnifsu huwa parti mill-kura. Dan għaliex wara ġurnata l-isptar naf li ser niġi lura f’post komdu, familjari, nadif u attrezzat, fejn nista’ nistrieħ, niekol ikel sustanzjuż imsajjar dak il-ħin, imdawrin minn nies li nifhmu lil xulxin u nappoġġjaw lil xulxin”.

Sport