Friday, April 26, 2024

Pulizija Eġizzjani jinqdew b’dating app biex jarrestaw għexieren ta’ persuni LGBTQ+

Aqra wkoll

Il-komunità LGTBQ+ Eġizzjana tinsab imwerwra hekk kif din il-ġimgħa l-Pulizija tal-lokal arrestaw għexieren ta’ rġiel li użaw dating app magħrufa bħala ‘Grindr’ — app li normalment tintuża minn persuni LGTBQ+.

Kollox beda t-Tnejn li għadda meta għadd ta’ persuni fl-Eġittu rċevew notifika fejn ġew mgħarrfa li uffiċjali tal-Pulizija qed jarrestaw persuni mill-komunità LGTBQ+ u qed jużaw il-profili tagħhom ta’ Grindr biex ikomplu jarrestaw iktar nies.

Fost dawk li rċevew din in-notifika kien hemm raġel gay ta’ 21 sena, li ismu ma setax jixxandar, u li jgħix fil-Grigal tal-Eġittu. Mal-midja Ingliża Metro huwa qal li tlett ijiem qabel ma hu u sħabu rċevew in-notifika, huma ġew infurmati dwar dan permezz ta’ voice note mingħand ħabib tagħhom.

Huwa kompla jispjega li “Appena persuna taqa’ f’idejn il-Pulizija, din tiġbed magħha għaxra oħra minħabba li l-Pulizija qed jieħdu l-mowbajl tal-persuna li jkunu arrrestaw u joqogħdu jqallbu fiċ-chats biex jaraw lil min kienet tkellem u fejn kienu jiltaqgħu”.

Il-midja Ingliża Metro s’issa rrappurtat li minn tal-inqas hemm 35 persuna li qed jinżammu arrestati, però ma eskluditx li dan l-ammont jista’ jkun ħafna ikbar.

Sport