Monday, April 29, 2024

L-Arġentina tillegalizza l-abort

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Arġentina għaddiet il- liġi li tillegalizza l-abort, u dan minkejja l-oġġezzjoni kbira li kien hemm min-naħa tal-Knisja Kattolika Rumana li għandha influwenza kbira fil-pajjiż. 

Is-Senat wasal għal riżultat ta’ 38 vot favur, 29 kontra u astensjoni waħda u b’hekk issa se jkun permessibbli li ssir il-proċedura tal-abord matul l-ewwel 14-il ġimgħa tat-tqala. Issa l-Arġentina sar l-ewwel pajjiż ġewwa l-Amerika Latina li jippermetti l-abort. 

Juan Pappier, li huwa riċerkatur ewlieni fi ħdan l-aġenzija Human Rights Watch qal li filwaqt li jistenna li għall-ewwel se jkun hemm daqsxejn reżistenza, wieħed jista’ jistenna li kif ġara meta l-Arġentina għamlet legali ż- żwieġ bejn persuni tal-istess sess, dan se jkollu wkoll effett domino fuq ir-reġjun. 

Sport