Wednesday, April 24, 2024

L-ASA tniedi l-Kampjonati Nazzjonali BOV tal-Waterpolo għas-Sajf 2023

Aqra wkoll

L-ASA organizzat konferenza stampa fix-Xara Lodge ir-Rabat biex tniedi l-Kampjonati Nazzjonali BOV tal-Waterpolo għas-Sajf 2023, kif ukoll saret il-Preżentazzjoni tal-premjijiet tal-Players tas-Sena għall-istaġuni 2021 u 2022 rispettivament.

Preżenti għall-konferenza kien hemm il-president tal-ASA Karl Izzo, il-Kap Tekniku tal-BOV Joe Agius, is-Segretarju Ġenerali tal-ASA Rita Azzopardi u l-Ewwel Viċi President tal-LEN, Dr Josip Varvodic.

Ġew ippremjati l-aqwa player tal-Kampjonat Premier għall-2021, Ben Plumpton ta’ San Ġiljan, kif ukoll l-Aqwa Player tal-Ewwel Diviżjoni, Matthias Azzoaprdi ta’ Sirens. Dan filwaqt li fil-kampjonat tan-nisa tal-2021, ir-rebbieħa kienet Martha Perici Ferrante.

Rigward l-unuri tal-aqwa players għall-2022, Jake Tanti, il-goalkeeper ta’ San Ġiljan, rebaħ l-unur tal-Kampjonat Premier tal-Irġiel, Jake Ciantar rebaħ l-unur tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, waqt li Kaia Agius rebħet l-unur tal-Kampjonat tan-Nisa. 

Sport