Thursday, May 16, 2024

L-attriċi u mudella Jung Chae-yul tinstab mejta fid-dar tagħha fl-età ta’ 26 sena

Aqra wkoll

L-attriċi u mudella mill-Korea t’Isfel Jung Chae-yul instabet mejta ftit tas-sigħat ilu fid-dar tagħha. Hi mietet fl-età ta’ 26 sena.

Kien il-maniġer tagħha li ħabbar li l-attriċi kienet instabet mejta, iżda ma ngħatawx aktar dettalji.

Jung kisbet fama dinjija wara s-sehem tagħha f’Zombie Detective li kiseb suċċessi kbar wara li beda jintwera fuq Netflix. Hi kellha rwol ukoll fil-film I have not done my best u anke fl-2018 fil-film Deep.

L-attriċi kienet mistennija taħdem ukoll fis-serje Wedding Impossible. Eluf kbar ta’ ammiraturi tal-attriċi u mudella kitbu messaġġi ta’ kondoljanzi fuq il-midja soċjali.

Wieħed mill-aħħar ritratti li l-attriċi tellgħet fuq il-midja soċjali tidher bilqiegħda fl-art bil-headphones u b’tazza f’idha. Dan hu l-istess ritratt li qed jiġi ppubblikat ma’ dan l-artiklu.

Il-maniġer tagħha kiteb fuq il-midja soċjali li “rridu nwasslu l-messaġġ ta’ dieqa kbira li l-attriċi Chae-yul ħalliet din id-dinja fl-11 ta’ April.” Hu kompla jgħid li skont ix-xewqa tal-familja tagħha, il-funeral se jkun wieħed privat u mhux se jingħataw dettalji dwaru.

Fl-istess messaġġ, il-maniġer kiteb biex l-ammiraturi tagħha ma jispekulawx dwar il-mewt tagħha u jirrispettaw lill-familja li bħalissa għaddejja minn tbatija kbira minħabba l-mewt tal-għażiża tagħhom.

Sport