Saturday, October 26, 2024

L-Awtorità Maltija tal-Mediċini tintervjeni dwar in-nuqqas ta’ mediċini fl-UE

Aqra wkoll

L-Awtorità Maltija tal-Mediċini fi stqarrija qalet li rrakkomandat aktar minn 800 awtorizzazzjoni speċjali għall-użu ta’ mediċini li jinsabu nieqsa fl-Unjoni Ewropea u li saru aċċessibbli għas-suq Malti din is-sena.

L-Awtorità qalet li qed taħdem biex tilqa’ għan-nuqqas ta’ mediċini u tara li fis-suq ikun hawn mediċini li jeħtieġu l-pazjenti.

L-istqarrija tkompli tgħid li Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej oħrajn qed jaħdmu biex iżidu l-mediċini fis-suq u anke tidentifika sorsi ta’ mediċini oħrajn li huma siguri.

L-Awtorità Maltija tal-Mediċini qalet li kważi l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea huma milqutin min-nuqqas ta’ antibijotiċi minħabba żieda fid-domanda, minħabba fil-manifattura u anke nuqqas ta’ ħaddiema. Minkejja dan l-Awtorità tgħid li l-ispiżeriji lokali għandhom alternattiva għal mediċina nieqsa.

Qalet li fiż-żmien li ġej se tkompli tistħarreġ mill-qrib is-suq Ewropew u lokali għan-nuqqas ta’ mediċina li jista jkun hawn. Qalet ukoll li se tieħu kull azzjoni biex tipprovdi mediċini li huma ta’ kwalità, siguri u ta’ benefiċċju għall-pazjenti.

Sport