Sunday, November 24, 2024

L-Awtorità tal-Ippjanar tapprova triq pedonali ġdida f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Se tinbena triq ġdida pedonali fuq biċċa art privata li hi vakanti bejn Triq Sant’Elija u Telgħet Birkirkara f’San Ġiljan wara li l-Kunsill Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar tal-approvazzjoni tiegħu għal applikazzjoni ta’ kontroll tal-ippjanar.

Dan tħabbar fi stqarrija li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar fejn qalet li din il-link pedonali l-ġdida, li kienet ġiet rakkomandata fil-Pjan Lokali tal-2006 għal Port tat-Tramuntana, se tkun aċċessibbli għall-pubbliku u ser żżomm wisa’ ta’ mhux aktar minn 6 metri, wisa’ simili għal toroq oħra fiż-żona tal-qalba tar-raħal ta’ San Ġiljan. Minn 25fil-mija tal-passaġġ pedonali għandu jkun pajsaġġ mingħajr ma jostakola l-aċċess għall-vetturi ta’ emerġenza u tas-servizzi.

L-istqarrija tkompli tgħid li “l-binja storika ta’ faċċata ta’ Telghet Birkirkara se tinżamm iżda, taħt il-gwida u r-rakkomandazzjoni tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, se jitwaqqa’ parti żgħira minn sular li jinsab mitluq biex tkun tista’ ssir il-formazzjoni tat-triq pedonali mitluba mill-istess Policy tal-Pjan Lokali. Barra minn hekk, il-bini storiku ewlieni ta’ żewġ sulari se jiġi rrestawrat għal kollox u integrat fi ħdan il-proġett ġdid.”

Dan il-permess ta’ kontroll tal-ippjanar jobbliga li kull applikazzjoni futura ta’ żvilupp fi ħdan din it-triq pedonali għandu jipprovdi trattament xieraq biex jissalvagwardja b’mod adegwat is-sit, bħala żona ta’ konservazzjoni urbana u l-bini storiku fuq Telghet Birkirkara.

Sport